Futbol Sport

Ġest mill-isbaħ minn Calleja Cremona lil ballboy ta’ Fgura

Il-Ħadd li għadda Jarzi Azzopardi, ball boy ta’ Fgura United, mar jieħu b’idejn il-goalkeeper avversarju Matthew Calleja Cremona u kkonslah minħabba t-telfa ta’ Pembroke bi skor ta’ 1-0.

Calleja Cremona ma nesiex dan il-ġest u l-Erbgħa filgħaxija żar il-grawnd ta’ Fgura u wara s-sessjoni tat-taħriġ ta’ Jarzi ppreżentalu par ingwanti fejn fuqhom kellhom il-kitba “Little Things Make Big Things Happen”.

Ġest mill-isbaħ ta’ sportivita’ minn tifel ċkejken li ġie ppremjat b’ġest daqstant sabiħ.