Il-plejer Franċiż ta’ 25 sena Guy Kassa Gnabouyou ngħata r-release minn Sliema.
Madwar ġimgħatejn ilu, Replay kien diġa’ żvela l-possibilta’ li Gnabouyou jingħata r-release minn Sliema.
Matul din il-karriera tiegħu Gnabouyou lagħab għal numru ta’ klabbs ewlenin. Wara li tela’ mill-akkademja ta’ Marseille, u lagħab ħames logħbiet mal-iskwadra ewlenija, Gnabouyou lagħab ukoll għal US Orléans, Paris FC, Inter Turku kif ukoll Kalloni.
Dan il-plejer lagħab ukoll partita mal-iskwadra nazzjonali ta’ taħt il-21 sena ta’ Franza fl-2009.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

