Sajjieda sabu kelb il-baħar rari mejjet fil-bajja ta’ Barangay Marigondon f’Albay. Il-kelb il-bahar hu tat-tip magħruf bħala Megamouth (Megachasma pelagios) li jgħix fil-fond ħafna.
Il-ħuta kien fiha ħames metru u d-denb kien nieqes.
Il-ħuta hi rari ħafna u l-ewwel darba li ntlemħet kien fl-1976 u x-xjentisti kellhom biss żewġ okkażjonijiet biex jisttudjaw dan it-tip ta’ kelb il-baħar. L-aktar li ntlemħu jew instabu mejta kien fil-Ġappun u l-Filippini. Dan it-tip ta’ kelb il-baħar m’hu ta’ ebda periklu għall-bniedem.