Il-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras qal li pajjiżu mhux se jfalli minn fuq id-djun tiegħu.
Hu u jindirizza l-ewwel kabinett tiegħu mir-rebħa elettorali ta’ nhar il-Ħadd, Tsipras qal li hu se jinnegozja mal-kredituri fuq il-bailout ta’ €240 biljun.
L-Unjoni Ewropea wissiet lill-gvern tiegħu biex jaġixxi fuq l-impenji tiegħu. Falliment jista’ jisforza lill-Greċja biex toħroġ mill-ewro.
Hekk kif il-mexxej tal-partit radikali tax-Xellug għamel id-diskors inawgurali tiegħu lill-kabinett, il-bonds tal-gvern telgħu għal livelli rekord – u rriflettew it-tħassib tal-investituri dwar ir-riskji fi żmien qasir ta’ ristutturar tad-dejn fix-xhur li ġejjin. Is-suq Grieg tal-istokks niżel b’6.4 fil-mija.
Il-Greċja ħabbtet wiċċha ma’ tnaqqis iebes fil-baġit minħabba l-bailout tagħha tal-2010, li kien ġie negozjat mat-trojka – l-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-GREĊJA: Jinsisti li l-pajjiż se jħallas id-djun
