Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati illum l-Erbgħa, it-28 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON jagħti prominenza lill-attakk fuq il-lukanda Corinthia fi Tripli – l-ewwel attakk fuq din il-lukanda f’10 snin.

THE TIMES OF MALTA titfa’ dawl fuq min kien il-moħħ wara dan l-attakk, bl-ISIS jieħdu responsabbilta’ sħiħa.

L-ORIZZONT jgħid li dan kien attakk fuq wieħed mill-mexxejja tal-pajjiż li qed jgħid li huwa l-Prim Ministru tal-Libja.

Il-gazzetta MALTA TODAY ittina diversi ritratti li juru l-iskala ta’ dan l-attakk terroristiku fuq il-Corinthia, u juru wkoll l-uċuħ ta’ wħud mit-terroristi.

THE MALTA INDEPENDENT ukoll tagħti prominenza assoluta lil din l-aħbar fejn tgħidilna illi fost id-disgħa maqtula fl-attakk, kien hemm erba’ barranin.