Numru ta’ Pulizija kien imsejjħa f’Wied il-Għajn wara li daħal rapport illi kien żviluppa argument.
Jidher li l-argument beda fuq każ kważi insinifikanti, ta’ sewwieq li laqat il-mera ta’ karozza oħra. Il-Pulizija kkonfermawlna li dawn saqu wara xulxin, u hawnhekk żviluppa argument sħun.
Nies li raw dan kollu qalulna li iż-żewġ sewwieqa dehru ferm irrabjati f’dan l-argument li kien jaħraq, u li għal xi ħin weħħel numru ta’ karozzi fit-triq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8am.
//= $special ?>