Il-Papa Franġisku, fl-udjenza ġenerali tal-lum, qal li n-nuqqas tal-missier fil-familja joħloq vojt u feriti fit-tfal li jistgħu jkunu gravi.
Il-Papa Franġisku qal li “d-devjanzi” fit-tfal u fl-adoloxxenti ħafna drabi għandhom l-għeruq tagħhom fin-nuqqas ta’ gwida u ta’ mħabba min-naħa tal-missier. Saħaq li “s-sens tal-orfni” hu ħafna iktar profond milli wieħed jaħseb, għaliex hemm orfni fil-familja minkejja li għandhom missier għax ħafna drabi jkun assenti fiżikament, u meta jkunu hemm ma jġibux irwieħhom ta’ missirijiet, ma jagħmlux xogħlhom tajjeb, ma jagħtux l-eżempju bl-azzjoni u l-kliem li l-ulied għandhom bżonn daqs il-ħobż.
Qal li l-edukazzjoni ta’ kwalità li tagħti l-preżenza tal-missier fil-familja hi meħtieġa daqs kemm il-missirijiet ikunu ’l bogħod mid-dar, inkluż għal raġunijiet ta’ xogħol.
//= $special ?>