Il-gowlkiper Brittaniku Matthew Towns jista’ jiċċaqlaq minn ma’ San Ġwann wara li sorsi nfurmati sew żvelaw magħna li hemm klabbs mill-Kampjonat Premier, l-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni li qed jesprimu interess fih.
Jidher li hemm klabb partikolari fl-Ewwel Diviżjoni li hu aktar favorit mill-oħrajn li jikseb il-firma ta’ Towns li preżentament għaddej minn fażi tajba bejn il-lasti ta’ San Ġwann.
Dan is-sit hu nfurmat li għal Towns hemm interess ukoll minn klabb fit-Tieni Diviżjoni Norveġiża u klabb fl-ogħla diviżjoni ta’ Wales. Bħal dan iż-żmien sena hu kien mar jilgħab l-Iżlanda fejn anke hemhekk għad kemm klabbs interessati fih.
Għaldaqstant il-probabilta’ hi li Towns jiċċaqlaq u jkompli l-karriera ma’ klabb ieħor.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

