Il-kumpanija Enemalta lbieraħ filgħaxija ssospendiet ħaddiem ieħor, wara tnejn li waqqfithom mix-xogħol filgħodu, fuq suspett li kien qed jgħin klijenti biex jisirqu l-elettriku.
Il-kumpanija, fi stqarrija, qalet li anke dwar dan it-tielet każ fl-istess jum ġiet infurmata l-Pulizija li qed tinvestiga.
Enemalta għandha tim ta’ ħaddiema li qed jinvestigaw allegat suspetti ta’ serq ta’ dawl u qed jgħaddu l-każijiet lill-Pulizija.
Il-kumpanija qed tibqa’ tħeġġeġ lill-pubbliku biex jirrapporta, anke b’mod anonimu, kull każ li jkun jaf bih ħalli jiġi mistħarreġ. Rapporti anonimi jistgħu jsiru permezz tas-sit elettroniku tal-kumpanija.
//= $special ?>