In-Nazzjonijiet Uniti (NU) qalet li suldat għaż-żamma tal-paċi nqatel fil-Libanu wara ġlied bejn il-grupp militanti Libaniż tal-Hezbollah u l-Armata Iżraeljana. In-NU appellat għall-kontroll mill-partijiet kollha sabiex ikun evitat aktar ġlied.
Erba’ suldati Iżraeljani sfaw midruba meta missila kontra t-tankijiet laqtet vettura tal-armata fiz-zona tal-Irziezet Shebaa.
L-Armata Iżraeljana rrispondiet billi sparat rockets fin-Nofsinhar tal-Libanu.
Il-Forzi għad-Difiża ta’ Iżrael (IDF) qalu fuq Twitter li rapporti bikrija ssuġġerew li missila kontra t-tankijiet kienet sparata lejn vettura militari qrib il-Muntanja Dov.