Internazzjonali

Konfermata ċ-ċittadinanża tal-vittmi barranin fil-Corinthia fil-Libja

Issam al-Naass, kelliem għas-servizzi tas-sigurta Libjani, qal li l-vittmi barranin fl-attakk tat-Tlieta kontra l-Corinthia Hotel fi Tripli kienu Amerikan, żewġ Filippini, Franċiż u persuna mill-Korea t’Isfel.

Uffiċjali f’Pariġi u Washington konfermaw li kien hemm ċittadini minn pajjiżhom fost il-vittmi.