L-Ispeaker Anġlu Farrugia ħa sehem fi Praga f’konferenza mmexxija mill-President tal-Parlament Ewropew bħala parti mir-Raba’ Forum Internazzjonali bit-tema ‘Let My People Live!’
Id-diskussjoni tal-Konferenza, immexxija mill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schultz, trattat id-dikjarazzjoni Inter-Parlamentari dwar il-Ġlieda Kontra l-Anti-Semitiżmu u l-Kriminalità b’Mibegħda.
F’intervent waqt id-diskussjoni, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li għalkemm il-konferenza kienet qed tfakkar is-70 anniversarju mil-liberalizzazzjoni tal-kampijiet ta’ konċentrazzjoni f’Auschwitz, għandu jkun hemm riflessjoni għal kriminalità oħra li qed titwettaq fid-dinja tal-lum hekk kif irrifera għat-theddida tal-ISIS u għall-attakk terroristiku li seħħ fuq il-Lukanda Corinthia fi Tripli.
Il-Konferenza qablet li jitwaqqaf Working Group Inter-Parlamentari, taħt l-awspiċi tal-Parlament Ewropew, b’rappreżentanza tal-Parlamenti nazzjonali tal-UE u anke ta’ rappreżentanti mill-Bosnia Herzegovina, mill-Maċedonja, in-Norveġja u t-Turkija,
Il-Working Group se jfassal abbozz ta’ proposti legali biex tissaħħaħ it-tolleranza u l-ġlieda kontra d-diversi forom ta’ mibegħda.
//= $special ?>