Il-bieraħ wara nofsinhar, fil-Parlament Ewropew, il-Membru Parlamentari Ewropew u s-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Roberta Metsola f’diskors li għamlet tkellmet dwar il-bżonn ta’ sigurta’ li l-Unjoni Ewropea għandha tindirizza fir-Reġjun tal-Mediterran, partikolarment fid-dawl ta’ dak li ġara l-bieraħ fil-Libja. Roberta Metsola qalet li hemm bżonn il-paċi fir-reġjun tal-Mediterran u aħna nistgħu inkunu protagonisti f’dan il-qasam.
Roberta Metsola spjegat kif l-Unjoni Ewropea għandha bżonn ftehim ta’ koperazzjoni dwar is-sigurta’ hekk kif fl-Ewropa riċentament qed isiru attakki terroristiċi li qatt ma rajna bħalhom. Għalhekk l-Unjoni Ewropea llum qabel għada għandha tara x’jista’ jsir.
Roberta Metsola rreferiet wkoll għal dak li qed jiġri f’pajjiżi fl-Afrika, partikolarment in-nuqqas ta’ sigurta’ fil-Libja. Sitwazzjoni fil-pajjiz li sejra dejjem għall-agħar u li tolqot b’mod dirett lil Malta li wara kollox tinsab fir-reġjun tal-Mediterran.
Roberta Metsola temmet id-diskors tagħha fil-Parlament tgħid li parti mir-rwol tagħha bħala Membru Parlamentari Ewropew u anke bħala Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin hu li taħdem biex isir l-isforz ħalli jinstabu s-soluzzjonijiet politiċi biex tkun assigurata s-sigurta’ lil min għandu bżonn partikolarment fir-reġjun tal-Mediterran.
//= $special ?>