Internazzjonali

Polemika għax Michelle Obama ma libsitx velu fl-Għarabja Sawdita

Fl-Għarabja Sawdita qamet polemika sħiħa għax Michelle Obama, mart il-President tal-Istati Uniti, ippreżentat ruħha mingħajr velu u għax libset il-blu, lewn li ma jagħtix ġieħ lil Re Abdullah li għadu kemm miet, daqs li kieku libset l-iswed, għalkemm għattiet idejha kif inhi d-drawwa fil-pajjiż.

Michelle Obama kienet qed takkumpanja lil żewġha fi vjaġġ li fih sellem lir-re li għadu kemm miet waqt li ltaqa’ mar-re l-ġdid, Salman. Fl-Għarabja Sawdita, in-nisa kollha ħlief għal xi eċċeżżjonijiet, ma jippreżentawx irwieħhom b’rashom mhux mgħottija.