Intlaħaq qbil bejn Birkirkara u Qormi F.C. għat-tpartit tal-plejers Mauricio Mazzetti u Alejandro Mendoza. Illejla l-plejers se jinżlu għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ mal-klabbs ġodda tagħhom.
Din l-aħbar kienet żvelata minn dan is-sit lura fid-19 ta’ Jannar li għadda.
Mendoza, li għandu 28 sena, hu difensur Spanjol li ssieħeb ma’ Birkirkara fis-Sajf tal-2012 u mal-klabb lagħab 83 partita, li 80 minnhom beda mill-bidu. Hu skurja wkoll tliet gowls f’pajjiżna.
Minn naħa l-oħra d-difensur Arġentin Mauricio Mazzetti hu meqjus fost l-aqwa difensuri f’Malta u wkoll għandu 28 sena.
Fir-ritratt: Alejandro Mendoza jiffirma l-kuntratt ma’ Qormi F.C..
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

