Ħaddiem jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li llejla waqa’ minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xogħol fil-lukanda Le Meridien f’San Ġiljan.
Minn informazzjoni li kiseb MaltaRightNow.com jirriżulta li l-ħaddiem, li għandu 55 sena u hu minn Ta’ Xbiex, waqa’ minn għoli wara li tah attakk tal-qalb. Hu ngħata l-ewwel għajnuna, fosthom b’magna defibrilator minn kollegi tiegħu.
L-intervent ta’ dawn il-kollegi għen biex il-ħaddiem jibqa’ ħaj. Iżda minħabba li l-kundizzjoni ta’ saħħtu baqgħet ħażina, wasal fil-post tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Wara li ngħata aktar għajnuna medika hemm, hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura. Hu kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu kawża tal-attakk tal-qalb.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ, filwaqt li diversi Esperti qed jgħinu f’Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Marsianne Farrugia.
//= $special ?>