Lokali

Raġel jaġixxi b’mod aggressiv mal-Pulizija – mistenni jitressaq il-Qorti

Għall-ħabta tas-2am il-Pulizija arrestat Iralndiż wara li r-raġel beda jgħajjat u jivvandalizza reception ta’ lukanda fi Triq San George, San Ġiljan. Jirriżulta li r-receptionist tal-lukanda ċemplet lill-Pulizija biex tavżhom li r-raġel qed jaġixxi b’mod ħażin.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru fuq il-post iżda r-raġel rreżista għall-Pulizija. Kien hemm fejn intervjeniet unit ohra tal-RIU iżda l-Irlandiż baqa’ jaġixxi b’mod aggressiv u beda anke jgħajjar u jkellem b’mod ħażin lill-Pulizija. Saħansitra kissier il-ħġieġa tan-naha tal-passiġġier fuq wara ta’ waħda mill-karozzi tal-Għassa ta’ San Ġiljan.

Ir-raġel ittieħed minnufih l-għassa ta’ San Ġiljan u aktar tard mistenni jitressaq il-Qorti.

L-ispettur tal-Għassa ta’ San Ġiljan, Carol Fabri ġiet avżata bil-każ.