Futbol Sport

Referee Malti fil-FUTEURO 2016

Ir-referee Malti Franco Cachia kien l-ewwel referee fil-partiti Franza 5-1 San Marino u Albanija 2-5 Franza f’tournament fil-Moldova fil-fażi preliminari tal-FUTEURO 2016.

Hu ħalla impressjoni tant tajba, li kien appuntat mill-UEFA bħala t-tieni referee fil-partita deċiżiva għar-rebħ tal-grupp bejn Franza u l-Moldova (4-2).

Dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni kien kompost mill-Albanija, Franza, San Marino u l-pajjiż ospitu, il-Moldova. Il-partiti bejn l-14 u s-17 ta’ Jannar 2015 intlagħbu fl-FMF Arena, f’Ciorescu.

Sadanittant, fl-istess perjodu fil-Padiljun ta’ Kordin intlagħbu partiti mill-istess kompetizzjoni bejn Malta, Andorra, l-Ingilterra u l-Latvja, li għalihom id-Dipartiment tal-MFA appunta lil Robert Darmanin u Jonathan Mallia bħala timekeepers.