Id-daqqa ta’ sieq li Cristiano Ronaldo ta lil Edimar fil-logħba bejn Real Madrid u Cordoba minn La Liga, swiet lill-attakkant inetrnazzjonali Portugiż żewġ partiti sospensjoni.
Il-plejer tas-sena tal-FIFA attakka lid-difensur fl-aħħar ħinijiet tal-logħba wara li deher frustrat bl-attenzjoni partikolari li kien qed itih il-Brażiljan.
Real sussegwentement kellhom ikomplu l-aħħar minuti b’10 plejers imma xorta rebħu 2-1 b’penalty ta’ Bale lejn it-tmiem.
Iż-żewġ partiti sospensjoni jfissru li Ronaldo se jitlef il-partiti kontra Real Sociedad u Sevilla u jirritorna fid-derby kontra Atletico Madrid fil-Vicente Calderon fis-7 ta’ Frar.


