Persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu f’garaxx f’Pembroke minn fejn serqu monitor u decoder tas-sistema’ tas-CCTV. Is-serqa seħħet għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar fi Triq Pietro D Armenia.
Faċċata tac-CCTV l-misruqa, hemm CCTV oħra, iżda din tgħattiet b’karta bajda.
Malli ndunaw b’din is-serqa, għall-ħabta tas-siegħa u nofs, is-sidien tal-garaxx għamlu rapport lill-pulizija. Iktar stħarriġ għadu għaddej filwaqt li l-Ispetturr C. Fabri ġiet infurmata bil-każ.
//= $special ?>