Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Twissija dwar il-ħsara li qed tagħmel il-pornoġrafija fuq l-Internet

Il-pornografija brutali fuq l-internet qed twassal lil min jistupra u lill-qattiela biex iwettqu reati agħar mill-materjal li qabel ma kienx disponibbli onlajn.
Lord Thomas ta’ Cwmgiedd, il-Lord Chief Justice, qal li hu tratta żewġ każi kriminali tassew serji li kienu influwenzati u intensifikati minn pornografija xokkanti fuq l-internet.
Hu qal lill-membri parlamentari fir-Renju Unit li hu ma kellu ebda dubju li f’każ partikulari, l-azzjonijiet tal-kriminal kienu tant gravi minħabba dak li l-akkużat kien ra fuq l-internet.
“Dak li hu disponibbli llum biex jitniżżel minn fuq l-internet u dak li tara hu sempliċement orribbli, u l-materjal kellu parti reali fil-mod kif twettaq dan il-qtil partikulari.”
L-ewwel każ li kien riferut lil Lord Williams ikkonċerna lil Jamie Reynolds, li qatel lit-tfajla Georgia Williams ta’ 17-il sena, billi għallaqha fid-dar tal-ġenituri tagħha fl-2013.
Fit-tieni każ kien jikkonċerna lill-ekssuldat Anwar Rosser qatel lil Riley Turner, tifel ta’ erba’ snin, f’attakk salvaġġ.