Futbol Sport

Żewġ akkwisti għal Santa Venera Lightnings

Santa Venera Lightnings ħabbru żewġ akkwisti ġoodda; Christian Debono u Gianbattista Piero Nicosia.

Il-midfielder ta’ 24 sena Christian Debono fil-passat lagħab ma’ Marsa F.C. Il-Ħadd li għadda hu ddebutta kontra Marsaxlokk u kellu parti mportanti fit-tieni goal skurjat minn Mark Grech.

Il-Malti b’dixxindenza Taljana Gianbattista Piero Nicosia, hu attakkant ta’ 19-il sena eks Żabbar St. Patrick’s li l-Ħadd li għadda kien mas-sostituti.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).