Bejn Ottubru u Diċembru li għadda, il-profitti ta’ Facebook żdiedu bi 33 fil-mija – dħul li tagħmel il-kumpanija minn riklamar li jidher f’dan is-sit soċjali.
Facebook kiser il-previżjonijiet kollha li kellha l-kumpanija. Dan hekk kif għall-aħħar sena u nofs dejjem inqabżu l-previżjonijiet finanzjarji f’dak li għandu x’jaqsam dħul għall-kumpanija.
Fl-aħħar sigħat ħarġet statistika ġdida dwar dawk li jużaw Facebook.
L-aħħar ċifri juru li fuq Facebook hemm 1.39 biljun persuna li huma reġistrati. Din hi statistika li tirrifletti s-sitwazzjoni sal-aħħar tal-2014.
//= $special ?>