Lokali Qorti

Bulgara tgħid li ma kienitx taf li min jittallab ikun qed iwettaq reat

Mara ta’ nazzjonalita’ Bulgara qalet fil-Qorti li hi ma kellha l-ebda idea li f’Malta, kull min jittallab ikun qed jikser il-liġi. Hija kienet qed twieġeb li hija ħatja li kisret il-liġi wara li ammettiet li kienet qed titallab f’Tas-Sliema nhar l-Erbgħa li għaddew.

Vasilka Yordanova ta’ 35 sena, ammettiet li kienet qed tgħix ħajja ta’ vagabonda, li mmolestat u dejjqet in-nies u dan peress li kienet qed titlobhom il-flus. Hija kienet arrestata mill-Pulizija hekk kif kienet qed titallab barra mill-ħanut Zara.

Il-Maġistrat Neville Camilleri illibera bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien ħames xhur.

L-Ispettur Jason Sultana mexxa l-Prosekuzzjonin filwaqt li l-Avukat Leontine Calleja deheret għal mara