Inizjattiva li se tagħti l-opportunità lill-klijenti biex jagħmlu donazzjoni lill-karità tal-għażla tagħhom
FCM Bank beda l-2015 b’kampanja biex il-klijenti jingħataw l-opportunità li jagħmlu donazzjoni lill-karità favorita tagħhom.
Il-kampanja ‘Choose Your Charity’ tippermetti lill-klijenti preżenti u futuri ta’ FCM Bank jagħżlu minn lista’ ta’ karitajiet.
“Bhala parti mill-attivitajiet korporattivi soċjali tagħna, aħna nixtiequ li l-klijenti tagħna jieħdu sehem f’din l-inizjattiva” qal Ron Huggett, il-Kap Eżekuttiv ta’ FCM Bank. “Din il-kampanja tippermetti li l-klijenti jagħżlu l-iktar karità għal qalbhom minn tliet benefiċjarji magħżula mill-Bank. Aħna nwiegħdu li nagħmlu kontribut pożittiv lil kull waħda mit-tliet karitajiet tal-għażla tagħna, u b’hekk nagħtuhom spinta pożittiva biex jibdew l-2015.”
Il-karitajiet li ntgħażlu mill-bank huma: Puttinu Cares, il- Malta Community Chest Fund u s-Society for the Prevention of Cruelty to Animals (SPCA), u kollha ntgħażlu għax-xogħol distintiv li jagħmlu. Puttinu Cares joffri approċċ olistiku għall-familji tat-tfal morda bil-kanċer, filwaqt li l-Malta Community Chest Fund jgħin lill-organizzazzjonijiet filantropiċi u lill-individwi fil-bżonn. L-SPCA hi responsabbli għall-kura tal-annimali abbandunati u maħqura u biex jinstabilhom sid ġdid.
Fil-ġranet li ġejjin, il-klijenti ta’ FCM Bank se jiġu kkuntattjati u jintalbu jagħżlu l-karità l-aktar għal qalbhom; jew jistgħu jmorru fl-uffiċċju tal-Bank f’San Ġiljan biex jagħżlu personalment. Matul Frar u Marzu, klijenti ġodda ta’ FCM Bank ukoll jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f’din l-inizjattiva.
“Is-servizz personali jifforma parti kbira mit-twemmin ta’ FCM Bank, għalhekk nifhmu li l-klijenti għandhom xewqat differenti meta niġu biex irroddu lura lill-komunità tagħna.
“Din il-kampanja tagħti lill-klijenti l-opportunità biex jagħmlu proprju dan; sew jekk iħossuhom miġbuda lejn il-foqra, it-tfal morda jew l-annimali maħqura, aħna għażilna organizzazzjoni adattata. Issa nistennew li nisimgħu mingħand il-klijenti, biex imbagħad nagħmlu din id-donazzjoni skont l-għażla tagħhom”, itemm jgħid iċs-Sur Huggett.
//= $special ?>