Lokali Parlament Saħħa

Filmat: Il-mistoqsijiet li l-Gvern qed jipprova jaħrab dwar mewta oħra f’kuritur tal-Isptar

Hekk kif il-Gvern ilbieraħ ikkonferma li seħħet mewta oħra ta’ anzjan f’kuritur tal-Isptar Mater Dei, qed inxandru l-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni li l-Gvern baqa’ jaħrab milli jwieġeb.

Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil staqsa biex il-Gvern jagħti spjegazzjoni ċara dwar is-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei, ix-Shadow Minister Chris Said xtaq lill-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi jikkjarifika l-użu tal-kelma “extension” fit-tweġiba tiegħu.

Ara l-filmat bil-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni.