Kurżitajiet Xjenza u Teknoloġija

Fit-Tajwan hu llegali għall-ġenituri li jħallu lil uliedhom biex jużaw oġġetti elettroniċi

It-Tajwan waqqaf lit-tfal mill-età ta’ sentejn milli jużaw apparat elettroniku bħal iPads, it-televiżjoni u l-ismartphones.

Ġenituri li jħallu lil uleidhom jilgħabu bl-apparat tagħhom jistgħu jeħlu multi sa elf Lira Sterlina. Dan wara li għaddiet liġi l-ġimgħa li għaddiet. Il-liġi l-ġdida wkoll tgħid li l-ġenituri jridu jassiguraw li tfal taħt it-18-il sena jużaw biss prodotti elettroniċi għal tul ‘raġonevoli’ ta’ żmien.

Il-liġi l-ġdida tfisser li l-iPads, l-ismartphones u t-televiżjoni issa huma elenkati flimkien mas-sigaretti u l-alkoħol, bħala oġġetti restritti.

Riċerka pubblikata f’Diċembru tas-sena l-oħra sabet li 7.1 fil-mija tal-popolazzjoni fl-Asja tinsab ivvizzjata għall-internet.