Lokali Qorti

Ħabs għal ex “techncian” tal-Enemalta fuq installazzjoni ta’ Smart Meters imbgaħbsa

Dak li kien “technician” tal-Enemalta mar 30 xahar ħabs u kkundannat multa ta’ €10,000 fuq l-involviment tiegħu fit-tbagħbis ta’ Smart Meters. Richard Gauci ta’ 48 sena mir-Rabat, li sa qabel il-Ħamis stess kien qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, iddeċieda li jammetti bil-Qorti tagħtih is-sentenza.

Quddiem il-Maġistrat Carol Peralta, Gauci ammetta li aċċetta rigali jew flus biex jinstalla metres imbagħbsin, u li minnhom kien idaħħal medja ta’ €1,200 għal kull wieħed li huwa kien jinstalla.

Hekk kif ammetta il-Maġistrat Peralta wissieh dwar il-konsegwenzi tad-deċiżjoni li kien qed jieħu, iżda Gauci baqa’ jinsisti li huwa ħati. Il-Qorti ordnat ukoll l-iffriżar tal-assi fil-konfront tiegħu sakemm huwa jħallas il-multa u tpoġġa taħt interdizzjoni ġenerali u perpetwa.

Diversi każijiet kontra ex ħaddiema tal-Enemalta li huma akkużati bl-istess reati għandhom ikomplu fil-Qorti fil-ġimgħat li ġejjin.

L-Ispetturi Daniel Zammit u Roderick Zammit qegħdin imexxu l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Joe Sammut deher għar-Rabti.