Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħamis, 29 ta’ Jannar.
IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-aħħar aħbarijiet wara l-attakki fuq il-lukanda Corinthia fi Tripli. Jgħid li hemm nuqqas ta’ qbil dwar min kien il-moħħ wara dawn l-attakki. Rappurtat ukoll il-każ ta’ pazjent ieħor li miet fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni għamlu appell fil-Parlament biex il-Maltin li hemm fil-Libja jħallu l-pajjiż. F’aħbar oħra, issegwi l-istorja ta’ tifel Ġermaniż li ġie rappurtat nieqes f’Malta.
THE TIMES OF MALTA b’aktar dettalji dwar l-attakk fuq il-Corinthia. Tirrapporta wkoll kif l-awtorita’ tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur qed tinvestiga bir-reqqa l-każ tal-pompa tar-Rabat li twaqqfet milli traħħas id-diesel b’żewġ ċenteżmi.
L-ORIZZONT, apparti li jkompli bil-kampanja ta’ attakki kontra d-deputat Toni Bezzina, jirrapporta li tliet impjegati tal-Enemalta ġew mixlija b’serq ta’ elettriku.
THE MALTA BUSINESS WEEKLY tirrapporta kif is-swieq fil-Greċja qed jirriflettu l-inkwiet tal-investituri wara l-bidla fil-Gvern.
//= $special ?>