Fil-Berġa ta’ Kastilja l-Ħamis filgħodu ġie mniedi l-programm “Education+”; programm li jinkludi qafas għall-istrateġija dwar l-edukazzjoni f’Malta bejn l-2014 u l-2024.
Il-qafas ‘Education+’ għandu l-għan li jqarreb aktar il-Ministeru tal-Edukazzjoni x-Xogħol, l-imsieħba soċjali, in-negozji u l-istituzzjonijiet edukattivi ma’ xulxin bil-għan li jissieħbu flimkien biex iqarrbu aktar is-settur tal-edukazzjoni lejn l-industrija tax-xogħol.
L-għan ta’ dan il-programm hu li jara li l-istudenti Maltin jingħataw l-għodda, t-talenti u l-kapaċitajiet li huma l-aktar meħtieġa fis-suq tax-xogħol.
It-tnedija tal-programm ‘Education+’ saret mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Preżenti wkoll għat-tnedija kien hemm il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolon kif ukoll numru ta’ rappreżentanti mill-qasam tal-edukazzjoni u mis-suq tax-xogħol.
//= $special ?>