Internazzjonali

Jingħalaq l-ajruport ta’ Manchester

L-ajruport ta’ Manchester fir-Renju Unit kellu jingħalaq il-Ħamis minħabba l-ammont ta’ borra li hemm fuq il-mitjar. Bħalissa qed isir ħidma biex titneħħa l-borra u s-sitwazzjoni mistennija tiġi lura għan-normal wara nofsinhar.
Ir-Renju Unit bħalissa qed jinħakem minn maltempata qalila tal-borra.