Illum tnieda l-programm education plus, programm li jinkludi qafas għall-istrateġija dwar l-edukazzjoni f’Malta bejn l-2014 u l-2024.
L-għan ta’ education plus huwa li jqarreb lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-imsieħba soċjali, in-negozji u l-istituzzjonijiet edukattivi aktar lejn xulxin, bl-iskop li s-settur tal-edukazzjoni jersaq iktar lejn l-industrija tax-xogħol.
L-għan ta’ din il-hidma hi biex l-istudenti Maltin jingħataw l-għodda l-aktar meħtieġa fis-suq tax-xogħol.
It-tnedija tal-programm education plus saret mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-preżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, kif ukoll numru ta’ rappreżentanti mill-qasam tal-edukazzjoni u mis-suq tax-xogħol.
//= $special ?>