Ekonomija Lokali

Jonqsu l-karti tal-flus foloz rappurtati f’Malta

In-numru ta’ karti foloz tal-Ewro li ġew irrapportati f’Malta fl-aħħar sena naqas b’14.5%. Iżda, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, l-2013, ġew rappurtati iktar karti foloz fit-tieni nofs tas-sena, b’żieda ta’ 13.3%.

Fi stqarrija maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, tħabbar li b’kollox, matul is-sena li għaddiet, ġew irtirati 990 karta tal-flus falza.

Il-karta tal-€20 tibqa’ l-aktar karta ta’ flus falsifikata.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta tenna t-twissija tiegħu lil pubbliku, biex joqgħod attent qabel ma jagħmel transazzjonijiet bi flus kontanti.