Internazzjonali

L-għejbien tat-Titijra MH370 iddikjarat bħala ‘inċident’

Il-Malasja ddikjarat l-għejbien tat-‘Titjira MH370’ tal-Malaysia Airlines bħala ‘inċident’ u għaldaqstant wittiet it-triq biex il-linja tal-ajru tħallas il-kumpens lill-qraba tal-vittmi anki waqt li għaddejja t-tfittxija għall-ajruplan traġiku.

L-ajruplan tat-tip Boeing 777 għab fit-8 ta’ Marzu li għadda meta kellu abbord 239 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ. Dan wara li l-ajruplan kien telaq mill-ajruport ta’ Kuala Lumpur fi triqtu għal Beijing, fiċ-Ċina.

It-tfittxija għall-ajruplan ilu għaddej għal xhur u, s’issa, għadha ma żvelat l-ebda traċċi.

Min-naħa tagħha, il-Malaysia Airlines lesta biex tipproċedi immedjatament bil-kumpens b’riżq il-persuni li mietu f’din it-traġedja.

Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada