Dokument: Ara l-ittra mibgħuta lill-PBS mill-Partit Nazzjonalista
IL-PBS jgħid mod meta jkun mod ieħor biex jaqdi l-interessi tal-Gvern
Il-Partit Nazzjonalista qed jipprotesta mal-istazzjon nazzjonali wara li fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-bieraħ filgħaxija prova joħnoq il-messaġġ tal-Oppożizzjoni u jagħmilha ta’ gatekeeper għall-Gvern.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-PBS intqal li l-mewt tal-anzjan ma kenitx f’kuridur iżda f’estensjoni ta’ sala. Dan mhux minnu u huwa ċar li ntużat il-frażi ‘estensjoni ta’ sala’ biex jinqdew l-interessi tal-Gvern, jaħbi l-fatti u saħansitra jdawwarhom. Fir-realtà, l-anzjan miet fil-kuridur u l-intervent tal-Oppożizzjoni lbieraħ fil-Parlament kien proprju dwar il-mod xejn dinjituż li bih qed jiġu trattati l-pazjenti.
Il-Partit Nazzjonalista qal ukoll li lbieraħ, fl-istess rapport, l-istazzjon nazzjonali rrapporta li kien hemm “bosta interruzzjonijiet”. Dan meta fil-verità, l-Ministri tal-Gvern bdew jgħajtu, jinsulentaw u ma jħallux lill-membri tal-Oppożizzjoni jitkellmu. Altru milli “bosta interruzzjonijiet”.
Dak li rrapporta l-PBS mhuwiex fattwali u serva biss biex jagħmilha ta’ gatekeeper tal-Gvern. Dan mhux aċċettabbli mill-istazzjon nazzjonali, itemm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
Ara l-ittra sħiħa mibgħuta lill-PBS mill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>