Internazzjonali

Maltempata bil-borra qalila taħkem lill-Ingilterra

Kien hemm intoppi fl-Ajruport ta’ Manchester, u mijiet ta’ skejjel madwar il-pajjiż huma magħluqin hekk kif ir-Renju Unit intlaqat minn maltempata bil-borra u r-ragħad.

Il-bassara tat-temp qed jgħidu li r-Renju Unit se jkun maħkum mill-borra u temperaturi kesħin silġ għal ġimgħa. Dan hekk kif it-temp qed jinbidel minn ħin għal ieħor.

It-Tramuntana tal-Ingilterra hi l-agħar li qed tintlaqat b’maltempati bil-borra, filwaqt li l-borra li niżlet laħqet m’għola 15-il ċentimetru.

Hemm il-biża’ li t-temperaturi kesħin silġ jistgħu jolqtu saħħet l-anzjani u lil persuni vulnerabbli filwaqt li jħarbtu l-ivjaġġar hekk kif il-borra qed tippersisti.

Il-Prim Ministru David Cameron intervjena hekk kif il-pajjiż inħakem minn kundizzjonijiet kesħin ta’ temp u appella lill-pubbliku biex ikun konxju tat-twissijiet serji fit-temp.