Żewġ esperti mediċi kkonkludew li Mario Camilleri Senior, ma mietx minnħabba ż-żewġ tiri sparati lejh iżda miet kawża ta’ “blood cloth” fl-arterja prinċipali tal-qalb.
Dan ħareġ mix-xhieda tan- “Neurosurgeon” Anthony Zrinzo u l-espert forensiku Mario Scerri li xehdu fil-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Jason Galea ta’ 40 sena minn Birżebbuġa u George Galea ta’ 42 sena minn San Ġiljan li jinsabu akkużati bil-qtil doppju ta’ Mario Camilleri ta’ 51 sena magħruf bħala “L-Imnieħru” u ta’ ibnu, wkoll Mario Camilleri.
Il-vittmi kien instabu f’għalqa fil-Qajjenza, limiti ta’ of Birżebbuġia fis-17 ta’ Lulju 2013. Mario Camilleri Junior ta’ 21 sena kien qala’ diversi daqqiet ta’ maduma, u li kien instab viċin missieru. Aktar qabel ma qala xeba b’maduma, kien ingħata żewġ tiri.
Anthony Zrinzo u Mario Camilleri qalu li t-toqob li nstabu fuq Mario Camilleri senior kienu toqob imħaffra fil-kranju li saru minħabba proċeduri mediċi. Dawn saru ferm qabel il-mewt tiegħu, tant li bdew jaqgħlqu. Zrinzo qal li filwaqt li t-toqob ma kienux allokati fil-post tas-soltu u saru biex tiġi mkejjla l-pressjoni tar-ras.
Fil-kumpilazzjoni ingħad li saru żewġ awtopsji fuq Mario Camilleri Senior. L-ewwel awtopsja saret minn Dr. Marie Therese Camilleri u Dr. Ali Safraz, u kienu huma li kkonkludew li dan miet minħabba “blood clot”.
Dr. Camilleri qalet li t-tieni awtopsja saret mill-patoloġista Bridget Ellul u li anke din waslet għall-istess konklużjoni, madankollu din għad trid tixhed dwar dan. Dr. Mario Scerri qal li huwa għamel verifiki ma’ l-istorja medika tal-vittma u sab li dan kellu storja ta’ uġiegħ f’sidru u pressjoni għolja fid-demm.
Hu wkoll qal li Mario Camilleri Senior miet kawża ta’ “blood clot”. Il-kawża tal-mewt ta’ Mario Camilleri Junior kienet stabbilta bħala waħda ta’ telfien ta’ ħafna demm u li ġarrab diversi fereiti.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Chris Pullicino, Michael Mallia, Fabian Fleri u Louise Calleja filwaqt li għal Jason Galea qed jidher l-Avukat Joseph Giglio u għal George Galea qed tidher l-Avukat Giannella Demarco. L-avukati Joe Brincat qed jidher għan-nom tal-familja tal-vittmi Camilleri.
//= $special ?>