Il-goalkeeper ta’ Pembroke Athleta Matthew Calleja Cremona llejla niżel għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ ma’ Floriana F.C., liema sessjoni għadha għaddejja bħalissa.
Dan wara li matul il-ġurnata saru l-aħħar laqgħat li wasslu għall-qbil li dan il-goalkeeper ikompli l-istaġun fil-Kampjonat Premier. Calleja Cremona se jgħin lill-klabb speċjalment fin-nuqqas tal-goalkeeper Taljan Valerio Senatore li sofra injury, u floku kien qed jilgħab il-prodott tal-klabb Tyrone Gauci.
Ritratti esklussivi ta’ Replay grazzi għal RobertoRunza Photography.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

