L-awtriċi Awstraljana Colleen McCullough, li l-ktieb tagħha ‘The Thornbirds’ biegħ 30 miljun kopja madwar id-dinja, mietet fl-età ta’ 77 sena, wara marda twila fi sptar f’Norfolk Island fl-Awstralja.
McCullough kitbet 25 novella matul il-karriera tagħha. L-aħħar ktieb tagħha ‘Bittersweet’ kien ħareġ fl-2013.
L-ewwel novella tagħha ‘Tim’ kienet pubblikata fl-1974 u saret film bl-interpretazzjoni ta’ Mel Gibson, li kellu l-parti ta’ handyman b’kundizzjonijiet mentali li kellu storja ta’ mħabba ma’ mara ta’ mezz-età.
Mietet l-awtriċi ta’ ‘The Thornbirds’
