F’kummenti mal-ġurnal The Times of Malta, Paul Pace, il-President tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, irrimarka li s-sitwazzjoni fil-kurituri tal-isptar Mater Dei qed twassal għal ilmenti minn membri tal-istaff, li qed jgħidu li minħabba din is-sitwazzjoni, il-cardiac response team jaf ikollu jdum iktar sakemm jasal ħdejn il-pazjent meta dan ikollu bżonn xi intervent f’qalbu.
Paul Pace qal li, għalkemm mhux qed jimplika li dan kien il-każ fil-mewt li seħħ fil-kuritur fl-aħħar jiem, wieħed xorta għandu jagħti importanza għal dan il-fattur, li jaf ikun ta’ detriment kbir fl-eventwalita’ ta’ emerġenza.
Hu tkellem ukoll dwar il-mod kif qed jaħdmu l-membri tal-istaff ta’ Mater Dei, fejn il-kurituri qed ikunu immanigjati minn ‘relief staff’. Din, fija nnifisha, spjega Paul Pace, hija sitwazzjoni li għandha tkun indirizzata mingħajr ebda dewmien.
//= $special ?>