Tisħaq li hemm bżonn ta’ ftehim ta’ koperazzjoni
“Hemm bżonn il-paci fir-reġjun tal-Mediterran u aħna nistgħu nkunu protagonisti f’dan il-qasam.”
Saħqet dan il-Membru Parlamentari Ewropew u s-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Roberta Metsola, f’kumment li tat lil dan is-sit wara d-diskors li għamlet illum wara nofsinhar fil-Parlament Ewropew.
Roberta Metsola spjegat kif l-Unjoni Ewropea għandha bżonn ftehim ta’ koperazzjoni dwar is-sigurta’, hekk kif fl-Ewropa riċentament qed isiru attakki terroristiċi li qatt ma rajna bħalhom. Għalhekk l-Unjoni Ewropea llum qabel għadha għandha tara x’jista’ jsir.
Roberta Metsola rreferiet wkoll għal dak li qed jiġri f’pajjiżi fl-Afrika, partikolarment in-nuqqas ta’ sigurta’ fil-Libja. Sitwazzjoni fil-pajjiż li sejra dejjem għall-agħar u li tolqot b’mod dirett lil Malta li wara kollox tinsab fir-reġjun tal-Mediterran.
Roberta Metsola temmet tgħid li parti mir-rwol tagħha bħala Membru Parlamentari Ewropew u anke bħala Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin hu li taħdem biex isir l-isforz ħalli jinstabu soluzzjonijiet politiċi biex tkun assigurata s-sigurta’ lil min għandu bżonn, partikolarment fir-reġjun tal-Mediterran.
//= $special ?>