Futbol Sport

Rowen Muscat mistenni jkompli l-istaġun ma’ B’Kara

Dagħodu l-Facebook Page tal-programm Replay qed tirraporta li l-internazzjonali Malti Rowen Muscat mistenni ikompli l-istaġun tiegħu f’Malta ma’ B’Kara. Fil-jiem li għaddew kien hemm rapporti jgħidu li Muscat kien qed jinteressa lil xi klabbs fl-Italja madankollu jidher li issa l-plejer ħa deċiżjoni dwar il-futur iminenti tiegħu u għax-xhur li ġejjin se jkun qed jilgħab mal-klabb li miegħu beda’ l-karriera, B’Kara. Fl-ewwel nofs ta’ dan l-istaġun Muscat kien qed jilgħab l-Ungerija ma’ Dunaújváros.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).