Raġel mis-Serbja ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li hedded b’mus lil diversi ħbieb tiegħu li jgħixu miegħu fl-istess appartament. Huwa ammetta wkoll li fera lil wieħed minnhom meta ħebb għalih b’siġġu.
L-inċident seħħ nhar l-Erbgħa li għaddew f’appartament ġewwa tas-Sliema, liema appartament huwa kien jaqsam ma’ diversi persuni mill-Maċedonja. Strahinja Vukosavljevic ta’ 31 sena ammetta li hedded lil Aheta Ctamehoba, Filip Acevski and Vlatko Georgievski waqt li hu kien f’sakra qawwija.
Huwa ammetta wkoll li weġġa ħafif lil Georgievski waqt li hu kien f’sakra qawwija u dan permezz ta’ siġġu tal-kċina u li kiser il-paċi pubblika. Huwa ammetta wkoll li kien fil-pusses ta’ karta tal-identita’ falza u li ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija u li heddidhom meta kien fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema.
Il-Maġistrat Neville Camilleri ikkundannat għal tmien xhur ħabs sospiżi għal sentejn u mmultah €1,000 u kien ordnat ukoll jiġi deportat. L-Ispettur Jason Sultana mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Roberto Montalto deher għall-akkużat.
//= $special ?>