Skont studju ġdid li sar mill-Professur Jesse Fox, mill-Ohio State University, irġiel li jitfgħu r-ritratti tagħhom infushom fuq l-internet, x’aktarx jesebixxu tendenzi psikopatiċi.
“L-unika ħaġa tajba hi li dawn l-irġiel mhux neċessarjament huma psikopatiċi, sostna l-Professur Fox, filwaqt li spjega li l-psikopatija hi relatata mal-impulsività. L-istudju jgħid li nies impulsivi ma jimpurtahomx jistennew sabiex jeditjaw ir-ritratti tagħhom.
L-istudju ġabar informazzjoni dwar 800 parteċipant maskili bejn l-etajiet ta; 18 u 40 sena, li lkoll imlew studju fuq l-internet dwar użanzi tagħhom biex jieħdu ritratti tagħhom infushom. Huma wkoll imlew kwestjonarji dwar l-imġieba anti-soċjali.
//= $special ?>