Iz-zona tal-East Midlands theżżet minn terremot li rreġistra 3.8 fuq l-Iskala Richter, b’dan ikun it-tieni terremot li nħass fir-Renju Unit f’perijodu ta’ 48 siegħa.
L-aħħar terremot laqat l-inħawi ta’ Rutland, bit-theżżiża ‘ċċaqlaq’ numru ta’ residenzi fil-villaġġ ta’ Cottesmore u l-madwar.
Ir-residenti tal-inħawi li kienu intervistati kollha qablu li ‘ħassew l-art miexja taħthom’, b’uħud jibgħatu l-materjal fuq l-Internet li juri r-ritratti fil-gwarniċ mal-ħitan imxaqilbin fuq naħa b’konsegwenza tat-terremot.
Nhar l-Erbgħa, terremot ieħor laqat l-inħawi ta’ Winchester (belt ta’ Hampshire), bil-pulizija tirċievi r-rapporti dwar ‘fenomenu li kien jixbaħ splużjoni’ u li wkoll kien rieghed id-djar ta’ dik iz-zona.
//= $special ?>