Internazzjonali

Trakk jisplodi qrib sptar tal-maternità – imutu erba’ trabi

Trakk li kien qed iġorr ċilindri tal-gass sploda ‘l barra minn sptar tal-maternità u tat-tfal f’Mexico City. L-isplużjoni qatlet mill-inqas seba’ persuni – inkluż erba’ trabi.

Oħrajn indarbu minn ħġieġ li tar mal-isplużjoni. Madwar mitt persuna x’aktarx kienu ġewwa l-isptar meta seħħ il-każ.

Ħaddiema tas-salvataġġ marru fil-post u qed ifittxu għal aktar vittmi li setgħu nqabdu fit-tifrik.

L-isplużjoni, fil-Punent ta’ Mexico City, tant kienet kbira li ħafna mill-bini tal-isptar inqered.

Miguel Angel Mancera, is-Sindku ta’ Mexico City, qal li l-isplużjoni x’aktarx seħħet meta t-trakk kien qed jissuplixxi l-gass lill-isptar.

Mill-inqas 54 persuna ndarbu, 22 minnhom kienu tfal.

Kien hemm numru ta’ splużjonijiet fatali oħrajn fil-Messiku f’dawn l-aħħar snin. Fi Frar ta’ sentejn ilu, 37 persuna mietu fui splużjoni fil-kwartieri tad-ditta Pemex.