Ħwejjeġ għal tfal taħt is-seba’ snin, fosthom kostumi tal-Karnival li jkun fihom hoods jew aċċessorji oħra simili, m’għandux ikollhom lazzijiet jew ħbula li jistgħu jiddawru mal-għonq.
L-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) wissiet dn hekk kif iddikjarat li spetturi tagħha qed jiltaqgħu ma’ numru ta’ kostumi tal-Karnival li huma intiżi għat-tfal ta’ taħt is-seba’ snin iżda li jistgħu jkunu ta’ periklu għalihom.
L-awtorità tat l-eżempju ta’ tfal li jkunu qed jilgħabu fi playing field u jispiċċaw jinqabdu minn dawn il-ħbula jew lazzijiet mal-apparat tal-logħob li jkunu qed jilgħabu fuqu, bil-konsegwenza li jispiċċaw imdendlin minnhom. Għalhekk l-awtorità ordnat biex dawn il-kostumi ma jibqgħux jinbiegħu.
Wissiet ukoll biex ħbula u lazzijiet fi ħwejjeġ intiżi għal tfal ta’ iktar minn seba’ snin, m’għandhomx ikunu itwal minn 75mm fuq kull naħa.
//= $special ?>