Trakk li kien qed jivjaġġa lejn Għawdex kmieni dalgħodu nqaleb meta kien abbord il-vapur tal-Gozo Channel. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30am.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident illi jidher li kien ikkawżat mir-riħ qawwi ħafna li qed jaħkem il-fliegu bejn iż-żewġ gżejjer.
It-trakk kien jinsab fin-naħa ta’ wara tal-vapur, u għalhekk ma kien hemm l-ebda vettura oħra ħdejh.
Fi stqarrija l-Gozo Channel qalet li wara l-inċident ta’ dalgħodu, li fih ma weġġa’ ħadt, il-vaput MV Gaudos kompla bis-servizz normali.
Fi stqarriija separata, Transport Malta qalet li qed tinvestiga l-inċident li seħħ abbord il-vapur tal-Gozo Channel u għaldaqstant tinsab f’kuntatt mill-amministrazzjoni tal-kumpanija u mal-Kap tal-vapur MV Gaudos fil-ħin tal-inċident.
L-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi ħafna li tibqa’ fis-seħħ sat-3pm.
Ritratti : Kenneth Rausi
//= $special ?>