Lokali

AĠĠORNATA : Jinstab iż-żagħżugħ rappurtat nieqes

Justin Mamo, iż-żagħżugħ li kien ġie rrapurtat nieqes fl-24 ta’ Jannar li għadda instab qawwi u sħiħ ftit tal-ħin ilu fil-ġnien ta’ ħdejn Bieb il-Bombi minn pulizija tar-Rapid Intervention Unit.

Aktar kmieni…
Il-Pulizija qed tappella għal min jista’ jkollu xi informazzjoni dwar Justin Mamo, żagħżugħ ta’ 17-il sena li ġie rrappurtat nieqes fl-24 ta’ Jannar li għadda.

Hu ntlemaħ l-aħħar fis-26 ta’ Jannar għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu meta kien il-Gżira, liebes flokk iswed u qalziet ta’ ‘tracksuit’ blue bl-istrixxi bojod.

Justin Mamo hu tifel irqieq b’tul medju.

Il-Pulizija appellat lill-pubbliku biex min għandu xi informazzjoni dwar dan iż-żgħażugħ, iċempel 119 jew inkella 21224001, anke’ b’mod kunfidenzjali, jew inkella jżur l-eqreb għassa tal-Pulizija.