Futbol Sport

CFR Cluj interessati f’Andrei Coblis … imma mhux se jiċċaqlaq

CFR Cluj, klabb ewlieni mill-ogħla diviżjoni fir-Rumanija wera interess fil-goalkeeper Rumen ta’ San Ġwann Andrei Coblis, li għandu 24 sena. Kif żvela dan is-sit xi ġimgħat ilu, dan il-goalkeeper kellu prova ma’ FK AS Trenčín fis-Slovakkja.

Minkejja dan, Maltarightnow hu nfurmat li Coblis se jkompli l-istaġun ma’ San Ġwann, bil-goalkeeper li qabel ma’ din l-idea.

Mhux eskluż ukoll li San Ġwann jiffirmaw lil wieħed miż-żewġ goalkeepers Messikani, Guillermo Antonio Iriarte Gonzalez jew Joel Almeida li niżlu għal prova mal-klabb.

Dan bl-għan li jkun hemm kompetizzjoni iktar ħarxa ejn il-goalkeepers fl-iskwadra.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).